Bħalissa pajjiżna jinsab fl-atmosfera tal-elezzjoni ġenerali li se tkun qiegħda tilħaq il-qofol tagħha proprju għada hekk kif mijiet ta’ eluf ta’ Maltin mistennija joħorġu sabiex jivvutaw.
Madankollu, erbatax-il jum ieħor din l-atmosfera tal-elezzjoni tkun intemmet u minflok timla l-paġni tal-aħbarijiet u l-iskrins tat-televixin it-Tazza tad-Dinja li sseħħ biss darba kull erba’ snin u tqanqal l-interess ta’ biljuni minn madwar id-dinja, anke dawk li ma jqisux irwieħhom bħala segwaċi regolari tal-futbol.
Dis-sena t-Tazza tad-Dinja se tkun qiegħda sseħħ fl-Amerka ta’ Fuq u l-partiti kollha se jkunu mxerda fost it-tlett pajjiżi ta’ dan il-kontinent – il-Kanada, il-Messiku kif ukoll l-Istati Uniti.
L-aħħar kampjonat tat-Tazza tad-Dinja seħħ fl-2022 u ntrebaħ mill-Arġentina wara li t-tim nazzjonali ta’ dan il-pajjiż sab ruħu f’konfront mill-iktar iebes mat-tim nazzjonali Franċiż.
Intom se ssegwuha t-Tazza tad-Dinja?
Facebook / Fabrizio Romano u Pexels