"Awguri Lill-Ħabiba Tagħna Shasha – L-Id Moħbija Ta’ AWLA Li Tgħinna U Tappoġġjana F'kull Programm." – It-Tim Ta’ AWLA

Illum tiċċelebra għeluq sninha omm Sven, l-artista tal-irtokk lokali Shasha Fabri. Shasha ħadmet ma’ diversi artisti lokali u anke dawk internazzjonali tul is-snin. Kienet ukoll mistiedna tal-podcast tagħna Kellymni, fejn qasmet diversi esperjenzi minn ħajjitha.





Illum Shasha qed tiċċelebra għeluq sninha u fost dawk li awgurawlha l-isbaħ xewqat insibu lit-tim ta’ AWLA li kitbu, “Awguri lill-ħabiba tagħna Shasha – L-id moħbija ta’ AWLA li tgħinna u tappoġġjana f’kull programm. Grazzi għall-irtokk tiegħek, kulħadd jidher tajjeb fuq il-programm… speċjalment Ronald! Awguri f’għeluq sninek mit-tim kollu ta’ AWLA.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Shasha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ, u sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbha. Aħna nawgurawlha ħafna saħħa, mħabba u paċi tul is-sena kollha!

Awguri Shasha!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI