Awwissu 2026 Kien L-Aktar Awwissu Sħun Li Qatt Ġie Rreġistrat Fil-Gżejjer Maltin

Skont statistika ppubblikata minn Maltese Islands Weather, Awwissu 2026 kien l-aktar Awwissu sħun li qatt ġie rreġistrat fil-Gżejjer Maltin.

Mill-istazzjon tat-temp tagħhom f’Kerċem, Għawdex, it-temperatura massima medja kienet ta’ 33.6°C, jiġifieri 1.9°C ogħla mill-medja. It-temperatura minima medja kienet ta’ 25.5°C, 2.2°C ogħla min-normal, filwaqt li t-temperatura medja tax-xahar kienet ta’ 29.6°C.

L-ogħla temperatura tax-xahar ġiet irreġistrata fit-30 ta’ Awwissu, meta t-termometru laħaq 38.2°C, filwaqt li l-inqas temperatura kienet ta’ 23.2°C fl-4 ta’ Awwissu .Interessanti wkoll li anke l-aktar temperatura massima baxxa matul il-ġurnata kienet ta’ 31.1°C, filwaqt li kull lejl matul ix-xahar baqa’ b’temperatura ta’ aktar minn 23°C. Ix-xahar kien ukoll kompletament niexef. Skont l-istess statistika, ma ġiet irreġistrata ebda xita matul Awwissu, b’medja nazzjonali ta’ 0.0mm.

Maltese Islands Weather fakkru li dawn iċ-ċifri tat-temperatura huma bbażati fuq l-istazzjon tagħhom f’Kerċem u li l-valuri jistgħu jvarjaw minn lokalità għal oħra.

Ritratti:

Facebook/ Maltese Islands Weather (ritratt ta’ Stephanie Cefai Busuttil) & Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI