“Bħal-Lum 15 -Il Sena Ilu Għamilt L-Ewwel Ironman Tiegħi F’Disa’ Sigħat U 52 Minuta. 15 -Il Sena Wara Lestejt Id-Deca F’233 Siegħa” – Fabio Spiteri

L-atleta Malti Fabio Spiteri kiteb kelmtejn ta’ ispirazzjoni fuq il-paġna uffiċjali tiegħu hekk kif irnexxielu jagħmel id-Deca, kompetizzjoni prestiġjuża li kien ilu żmien twil jipprattika għaliha.

Hu kiteb, “L-4 ta’ Lulju 2010, bħal-lum 15 -il sena ilu għamilt l-ewwel Ironman tiegħi f’disa’ sigħat u 52 minuta. 15 -il sena wara lestejt id-Deca f’233 siegħa!”

Żied jgħid, “Fil-ħajja m’hemmx toroq qosra. Hemm il-paċenzja, determinazzjoni, u xogħol bieżel. Imma eventwalment tasal fejn tixtieq! X’imiss issa?”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb talli rnexxielu jasal s’hawn. Id-determinazzjoni tiegħu hi ta’ ispirazzjoni għalina lkoll, u Malta tassew kburija bih!





Facebook / Fabio Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI