"Bħal-Lum 24 Sena Ilu Kienet L-Isbaħ Ġurnata Ta’ Ħajti, Għax Kienet Il-Ġurnata Tat-Twelid Ta’ Ibni, Zak" – Brian Farrugia

L-attur lokali Brian Farrugia, jawgura lill-għażiż ibnu f'għeluq sninu. Hu jaqsam żewġ ritratti flimkien mal-kitba, "Niftakar ħafna f’ċertu avvenimenti li ġraw f’ħajti… Moħħi qisu kalendarju u d-dati ma ninsihom qatt. U l-burdata ta’ ġurnata kultant tkun skont x’kien ġara f’dik il-ġurnata partikolari."

Hu jżid, "Illum, 19 ta’ Settembru, ġurnata li qatt ma ninsa, speċjalment dik tas-sena 2001. Bħall-lum 24 sena ilu kienet l-isbaħ ġurnata ta’ ħajti, għax kienet il-ġurnata tat-twelid ta’ ibni, Zak Farrugia. Kienet ġurnata ta’ stress u ta’ paniku, imma spiċċat f’ġurnata ta’ ferħ kbir, fejn ibni għamilni missier."

Brian ikompli, "Illum raġel matur, responsabbli u b’valuri sodi. F’kelma waħda, kburi bik ibni. Ibqa’ kif int u grazzi tal-imħabba tiegħek lejja u lejn il-familja. Inħobbok, Ċens."

F'isem it-tim tagħna, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena pożittiva mimlija saħħa, hena u risq!

Facebook / Brian Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI