Il-paġna ta’ Puttinu Cares, fuq il-paġna soċjali tagħhom, jaqsmu magħna llum li bħal kull sena qed tiġi organizzata maratona ta’ ġbir fil-Ġimgħa l-Kbira b’risq din l-organizzazjoni li tagħmel tant u tant ġid.
Għoxrin sena ilu, il-pazjenti u l-familji tagħhom li kienu jeħtieġu jivvjaġġaw lejn l-Ingilterra għall-kura kellhom ifittxu u jħallsu għal akkomodazzjoni waħedhom – żieda kbira mal-isfidi li kienu diġà qed jiffaċċjaw. Puttinu Cares induna b’din il-problema u beda joffri għajnuna, l-ewwel lit-tfal li jbatu mill-kanċer, u aktar tard ukoll lill-adulti.
Illum, bejn 60 u 90 pazjent jivvjaġġaw kull xahar lejn ir-Renju Unit, ħafna drabi għal sptarijiet f’nofs Londra. Puttinu diġà għandu 20 appartament qrib l-Isptar Royal Marsden f’Sutton, u issa investa f’proġett ġdid ħdejn Great Ormond Street Hospital.
Wara tfittxija intensiva ta’ seba’ snin, Puttinu xtara bini ‘freehold’ biex jibqa’ tal-poplu Malti għal dejjem, u b’hekk jista’ joffri 29 appartament bla ħlas lill-pazjenti.
Dan kollu sar possibbli grazzi għall-ġenerożità tagħkom. Grazzi lilkom ilkoll talli għaqqadtu ruħkom magħna fil-Ġimgħa l-Kbira, 18 t’April 2025.
Ritratti: Facebook / Website Puttinu Cares