Il-paġna tal-iskola ta’ St.Joseph School Blata l-Bajda ttella’ din l-aħbar kerha fejn tħabbar il-mewt ta’ waħda mill-għalliema tagħhom, Naomi Bartolo.
“B’diqa u qalbna maqsuma nixtiequ naqsmu magħkom l-aħbar tal-mewt ta’ għalliema u kollega għal qalbna, Naomi Bartolo, li mietet dalgħodu. Naomi ma kinitx biss edukatriċi eċċezzjonali, iżda wkoll mentor ġentili, ħabiba maħbuba u parti essenzjali mill-komunità skolastika tagħna. Il-passjoni tagħha għat-tagħlim, l-impenn bla waqfien lejn l-istudenti u l-preżenza maħbuba tagħha messu l-ħajjiet ta’ ħafna.Din it-telfa se tinħass profondament minn studenti, staff u familji. Nitolbukom tingħaqdu magħna fit-talb u l-ħsieb għal familja u qraba Naomi f’dan il-mument tant diffiċli.”
Mit-team ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu kondoljanzi lill-familja u qraba f’dan il-mument tant diffiċli.