“B’Qalb Maqsuma Ngħid Li Qed Infittex Dar Ġdida Għal Uliedi Għax Ma Għamiltx Biżżejjed Riċerka Qabel Ikkommettejt Ruħi”

“B’qalb maqsuma jkolli ngħid li qed infittex dar ġdida għal uliedi li għandom 16 u 19-il sena. Onestament ma għamiltx biżżejjed riċerka qabel ikkommettejt ruħi u issa mhux inlaħħaq bihom fl-iskeda tiegħi u tal-klieb tiegħi.”

Hekk kitbet il-voluntiera tal-annimali Maxine. Iżda din hija biss allegorija ġenjali biex tirrifletti fuq is-sitwazzjoni orribbli meta n-nies ma jkunux iridu aktar l-annimali domestiċi tagħhom għax ma jistgħux ilaħħqu magħhom aktar, speċjalment meta l-annimali domestiċi jkunu f’età anzjana u vulnerabbli.

“Il-klieb u jien ma nistgħux inlaħħqu magħhom,” hi kompliet tgħid fl-allegorija. “Barra minn hekk, it-tfal qed jibdew ikollhom kwistjonijiet ta’ mġiba li qatt ma kellhom qabel u sempliċement ma jistax ikun li jkollna daqshekk responsabbiltà fid-dar tagħna. Qed iħassru ż-żwieġ tiegħi minħabba l-istress, iqajmuni kmieni u qed jirrovinaw id-dar tiegħi,  l-għamara, il-ħitan, kollox.”

“Tiġġudikawnix għax naf x’impatt emozzjonali negattiv se tkun fuqhom din u wisq probabbli qatt mhu se jirkupraw minn trawma bħal din iżda ma hemmx x’tagħmel!”

X’taħsbu minn din il-perspettiva interessanti?





Facebook/Max Ine



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI