L-eks residenta ta' Big Brother Josline kellha l-opportunità li tiltaqa' mal-attur Brian Farrugia li fis-serje tant magħrufa Simpatiċi narawh jinterpreta l-parti ikonika tal-Ispettur Leonard.
"U la ltqajna mal-Ispettur Leonard xtaqna li jagħtina l-punti kif morna minn 1 sa 10," kitbet Josline bl-Ispettur jisħaq li "bir-rispett ta' oħti Lieni se ntik 9".
Dan il-mument komiku ntlaqa' tajjeb minn bosta li żgur nislilhom tbissima. Idħol HAWN sabiex issegwi dan il-filmat.
Jidher li l-attur kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa' wkoll ma' wħud mill-eks residenti l-oħra fosthom Marvic.
Prosit tassew!
Ritratti: Facebook / Josline Camilleri u GO