L-Atmosfera Tal-Eurovision Ser Tirritorna Fi Pjazza Tritoni F’Mejju Li Ġej!

ESC triton

L-atmosfera tal-Eurovision se terġa’ tinħass f’Malta hekk kif ser jirritornaw TVM Eurovision FanZones, u joffru opportunità unika lill-pubbliku biex jiltaqa’ u jgawdi l-ispettaklu flimkien f’ambjent vibranti u mimli enerġija.

Din is-sena, se jkunu qed jittellgħu f’żewġ postijiet ewlenin: Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, u fil-Campus Hub fl-Università ta’ Malta. Dawn il-lokalitajiet se jospitaw xandira dirett tas-serati kollha tal-Eurovision, u joħolqu esperjenza kollettiva għal dawk kollha li jħobbu l-mużika u l-ispettaklu.

Il-programm jinkludi:

  • Semi Final 1: 12 ta’ Mejju fit-20:00
  • Semi Final 2: 14 ta’ Mejju fit-20:00
  • Il-Finali: 16 ta’ Mejju fit-20:00

Dawn l-avvenimenti huma mistennija jiġbdu numru kbir ta’ dilettanti tal-Eurovision, li se jkollhom l-opportunità jsegwu l-kompetizzjoni fuq skrin kbir, filwaqt li jgawdu s-sensazzjoni ta’ spettaklu, eċitament u briju ma’ oħrajn.

Ser tkun parti mill-atmosfera ta’ TVM Eurovision FanZones?!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI