Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Benna, ġie mħabbar li ħarġet togħma ġdida. Ftit ilu taw ħjiel dwar x’ser tkun it-togħma li jmiss, fejn kitbu l-kliem, Crunch, Cream & Everything in between.
Illum skoprejna li t-togħma tal-ħalib ser tkun Cookies & Cream. Bla dubju ħafna huma familjari ma’ din it-togħma, kemm f’xi milkshake, jew f’xi ġelat.
Issa wasal iż-żmien li nibdew insibu kartu tal-ħalib b’din it-togħma maħbuba. Ser tkun fil-ħwienet lokali minn għada – lesti biex tkunu minn tal-ewwel?!
View this post on Instagram