Bla kliem! L-atmosfera li kien hemm ġewwa l-MFCC waqt l-interpretazzjoni ta' Beppe Caruana tal-kanzunetta Blue Bird kienet waħda meraviljuża!
L-udjenza tinstema' anke tkanta b'vuċi waħda ma' Beppe l-kanzunetta Maltija Blue Bird! Beppe kanta fid-disa' post għal Malta, u issa nistennew b'ħerqa kbira biex naraw ir-riżultati.
Il-kumplimenti għal Beppe fuq il-midja soċjali ma jonqsux, b'ħafna tant iggustawh b'dik il-kariżma tiegħu, u bla dubju ammiraw it-talent tiegħu.