“Meta Nqum Filgħodu U Nsib Messaġġi Sbieħ Bħal Dawn, Jagħmluni Verament Kuntent…” – Kevin Borg

Kevin Borg

Il-kantant Malti Kevin Borg qasam messaġġ mill-qalb li rċieva fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, waqt li esprima kemm iħoss sodisfazzjon meta jirċievi kliem ta’ apprezzament mingħand is-segwaċi tiegħu.

Huwa stqarr li messaġġi bħal dawn jagħmluh tassew kuntent u jikkonfermawlu li permezz tal-mużika tiegħu qed jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.

“Meta nqum filgħodu u nsib messaġġi sbieħ bħal dawn, jagħmluni verament kuntent li qed nagħmel differenza fil-ħajja tan-nies bil-mużika. Dan huwa messaġġ li batitli dalgħodu Sharon Caruana, it-tifla ta Mrs Mary Vella.”

Hu sentiment tant speċjali meta tara lin-nies japprezzaw l-arti li toħloq u li taraha tagħmel differenza f’ħajjithom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI