“Bħal-Lum, Erba’ Snin Ilu, Bdew Il-Festi” – Il-Preżentatur U Kantant Lokali Renato Vella Jiċċelebra R-Raba’ Anniversarju Tiegħu Ma’ Martu Giovanna

Il-preżentatur u kantant lokali Renato Vella fakkar jum speċjali fil-ħajja personali tiegħu – ir-raba’ anniversarju taż-żwieġ tiegħu ma’ martu, Giovanna Mirabile.

F’messaġġ fuq il-paġna tiegħu, Renato kiteb, “Bħal-lum, erba’ snin ilu, bdew il-festi.”

Kitbilha wkoll lirika minn kanzunetta bit-Taljan il-ġmiel tagħha li bil-Malti tinftiehem bħala,”U l-mużika tibda, u jien nistennik hawn... u nagħtik l-isbaħ ġurnata... magħqudin flimkien għal dejjem fid-29 t’Ottubru 2022.”

Fuq dan il-messaġġ irċieva minghand persuni lokali, diversi kummenti jawgurawlhom xewqat sbieħ fl-anniversarju tagħhom.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom f’din il-ġurnatan speċjali u nixtiqulhom diversi iktar snin sbieħ ta’ mħabba u hena flimkien. Awguri mill-qalb!

Ritratt:

Facebook / Renato Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI