“Għalaqna Ċ-Ċirku Tal-Familja Żgħira Tagħna” – Neil Agius Jiżżewweġ Lill-Imħabba Ta’ Ħajtu

Neil u Lara

Jumejn ilu, fl-24 ta’ Ottubru, l-atleta Malti Neil Agius u l-imħabba ta’ ħajtu qalu iva lil xulxin, u b’hekk bdew kapitlu ġdid fil-ħajja tagħhom flimkien.

F’messaġġ li qasam, Neil esprima l-ferħ tiegħu li żżewweġ lill-aqwa ħabiba u sieħba tiegħu u l-persuna li magħha jrid ikompli jaqsam il-vjaġġ tiegħu.

Kienet ġurnata maġika, maħluqa skont dak li jirrappreżentahom bħala koppja, imdawrin bl-aktar nies għal qalbhom u bil-baħar bħala xhud ta’ dan il-mument tant speċjali.

Neil iddeskriva dan il-pass bħala l-għeluq "taċ-ċirku tal-familja ż-żgħira tagħna", kliem li jirrifletti s-sens ta’ għaqda u mħabba li jgħaqqadhom.

Issa, il-koppja qed tibda vjaġġ ġdid fil-ħajja miżżewġa, b’aktar kapitli x’tikteb flimkien u b’tant memorji sbieħ x’joħolqu. Għal Neil, li l-baħar ilu parti tant importanti minn ħajtu, din id-darba kien xhud ta’ avventura differenti, waħda li ma titkejjilx bil-kilometri jew bir-rekords, iżda bl-imħabba.

Awguri mill-qalb Neil u Lara!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI