Bħal-Lum Fl-1883 Ġiet Inawgurata L-Ewwel Ferrovija F’Malta Bl-Ewwel Vjaġġ Telaq Mill-Belt Valletta

Eżattament bħal-lum 143 sena ilu, fit-28 ta’ Frar tal-1883, ġiet inawgurata l-ewwel ferrovija f’Malta. Fost il-Maltin din il-ferrovija kienet magħrufa bħala ‘l-vapur tal-art’.

Dakinhar hi kienet għamlet l-ewwel traġitt tagħha fit-tlieta ta’ wara nofsinhar proprju mill-Belt Valletta fejn f’madwar nofs siegħa kien irnexxielha tasal fi stazzjon tal-ferrovija ieħor li kien qrib ħafna tal-Imdina.

L-għada tal-inawgurazzjoni l-ferrovija bdiet tagħti servizz ta’ trasport b’mod regolari u fit-traġitti tagħha kienet tgħaddi minn bosta lokalitajiet fosthom il-Furjana, il-Ħamrun, l-Imsida Santa Venera kif ukoll Birkirkara.

Kważi 50 sena wara l-inawgurazzjoni tagħha din il-ferrovija waqfet tiffunzjona minħabba problemi finanzjarji li bdiet taffaċja primarjament minħabba l-kompetizzjoni qalila li l-introduzzjoni tal-karozzi tal-linja f’pajjiżna kienu ġabu magħhom f’dawk iż-żminijiet.







Ritratti:

Facebook / Gregory Camenzuli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI