Il-maltempata ħafifa li għaddiet din il-ġimgħa minn fuq il-gżejjer Maltin ma laħqitx lil kulħadd bl-istess mod. Fil-fatt, skont iċ-ċifri miġbura, il-medja nazzjonali kienet biss ta’ 0.9mm, iżda f’ċerti lokalitajiet inħasset ferm aktar.
Ir-Rabat spikka bħala l-aktar post milqut, b’6.4mm ta’ xita, segwit minn l-Imġarr (3.3mm) u San Pawl il-Baħar (1.8mm).Min-naħa l-oħra, diversi lokalitajiet oħra rreġistraw ammonti ferm iżgħar – jew kważi xejn. Fost dawn insibu Ħal Balzan u s-Siġġiewi, fejn kienet irrappurtata biss traċċa ta’ xita, filwaqt li l-Għarb f’Għawdex ma rreġistra l-ebda xita.
Dil-ġimgħa ġejna affetwati minn ħalbiet iżolati jiġifieri meta s-sħab inħoloq ix-xita bdiet traxxax f’żoni speċifiċi. Proprju għalhekk, ikun hemm differenzi kbar bejn lokalità u oħra.Fil-każ tal-bieraħ, jidher ċar li ż-żoni tal-Punent ta’ Malta kienu l-aktar affettwati, filwaqt li partijiet oħra tal-pajjiż baqgħu kważi niexfa.
Interessanti wkoll li minn Settembru 2025 s’issa, il-medja totali tax-xita laħqet 475.7mm, li tagħti stampa aktar ċara ta’ kif qed tiżviluppa s-sena tax-xita f’Malta. Minkejja li mhux kulħadd togħġbu x-xita f’dawn iż-żminijiet, tajjeb li ninnutaw kemm bosta nħawi naturali ħadu l-ħajja wara x-xita ta’ din ix-xitwa. B’hekk nistgħu ngħidu li bħalissa l-perjodu tar-rebbiegħa huwa wieħed ikkulurit.
Facebook/ Maltese Islands Weather