“So Sick!” – Il-Kantanta Maltija Anthea Gatt Toħroġ Kanzunetta Ġdida

Il-kantanta Maltija Anthea Gatt għadha kif ħarġet il-kanzunetta l-ġdida tagħha 'so sick'. F'din il-kanzunetta, Anthea titkellem dwar it-taħlita ta' emozzjonijiet li wieħed iħoss meta jagħti diversi opportunitajiet lil persuna qrib tiegħu biex tinbidel, iżda din il-persuna xorta waħda ma tinbidilx.

Din mhijiex l-ewwel kanzunetta li qatt ħarġet il-kantanta fil-karriera tagħha; fil-fatt, fost oħrajn hemm 'ok ok', 'What It Do' kif ukoll 'say too much' li hi kienet ħarġet fis-snin preċidenti.

It-talent ta' Anthea kien ingħata prominenza kbira meta hi ħadet sehem fit-tielet staġun ta' X Factor Malta u bil-prestazzjonijiet tagħha ġibdet mhux biss l-ammirazzjoni tal-ġurija, iżda wkoll ta' bosta li kienu qed isegwu minn djarhom.

Prosit, Anthea!

Ritratti:

Instagram / Anthea Gatt

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI