Il-programm tant popolari Big Brother Malta qiegħed iżomm lill-pubbliku fuq ix-xwiek hekk kif tħabbar li t-titlu ta’ Head of House (HoH) diġà ġie mogħti, iżda l-identità tal-persuna magħżula għadha sigriet.
L-ammont ta’ kurżità u suspens fost is-segwaċi qiegħed ikompli jikber, b’ħafna jistaqsu: min hu jew min hi? X’se jfisser dan għad-dinamika tal-logħba? U x’poteri se jkollu jew ikollha l-Head of House din il-ġimgħa?
It-telespettaturi mhux ser ikollhom jistennew wisq biex isiru jafu l-verità! Mhux se jistennew wisq biex ikunu jafu lil min ivvota l-poplu Malti. F’post fuq il-mezzi soċjali, il-programm Big Brother Malta ħabbar li l-identità se tiġi żvelata llejla fis-20:45 fuq TVM+.
Madanakollu, hemm twist interessanti, ir-residenti mhux ser ikunu jafu min hu l-HoH, u dan jista’ jwassal għal żviluppi eċitanti u strateġiji ġodda fil-logħba. Ħa jkun hemm xi alleanzi moħbija? Se jittieħdu deċiżjonijiet strateġiċi bil-moħbi? Jew se jibdew ix-xnigħat u l-ispekulazzjonijiet fost il-kontestanti?
Tinsiex issegwi l-episodju ta’ llejla biex tkun fost l-ewwel li jsir jaf!