Molly Gravina tkellmet waqt Kuxjenza dwar bintha Gwen, li nafuha mill-paġna tagħha Gwen’s Kitchen. Kemm-il darba smajnieha f’xi filmat ta’ Gwen, u t-tifla ssemmiha ta’ spiss tant kemm hi grata għall-appoġġ li dejjem turiha.
“Xi kultant, bl-ikbar onesta ngħidha, tkun aktar matura minni, għax jiena kaxxa infernali! Il-bilanċ bejn ħbiberija u omm… jiena ma nemminx f’dixxiplina militari, nemmen f’dixxiplina pożittiva. Dejjem kont hekk ma’ Gwen.”
Segwi l-intervisti sħiħa ta’ Molly Gravina fuq Kuxjenza s-Sibt 17.05 fuq TVM+
Facebook/ Molly Gravina