Bil-Filmat: "Dak Il-Ħin Tiġi R-Realizzazzjoni Li Qiegħed Fit-Tieġ Il-Ħażin… Kont Diġà Tajt Ir-Rigal" – L-Attur Vince Micallef Pule

L-attur Vince Micallef Pule kien mistieden għall-programm Manicolo & Co, fejn fost l-oħrajn jirrakkonta meta nduna li daħal fit-tieġ il-ħażin. Hu u l-mara kienu fthemu li sakemm ifittex lil sħabu tax-xogħol waqt it-tieġ, jilħaq imur jagħti r-rigal.

Vince jirrakkonta li ħu l-għarus tat-tieġ li kienu fih kellmu, u dak il-ħin qallu li qed jara xebħ bejnu u bejn ħuh.

“Ħin minnhom qed nara lill-għarus u l-għarusa jduru n-nies… lill-għarus qed narah b’qoffa xagħar. Bdejt ngħid, imma dan li jaħdem miegħi m’għandux sufa waħda fuq rasu… dak il-ħin tiġi r-realizzazzjoni li qiegħed fit-tieġ il-ħażin… kont diġà tajt ir-rigal…”

Ara aktar hawn:





Facebook/ Vince Micallef Pule



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI