Joe Demicoli huwa magħruf bħala persuna li bl-ispettaklu tiegħu dejjem iferraħ u joħloq atmosfera ta’ ferħ. Bla dubju dan huwa ta’ ġid, għax x’hawn isbaħ milli tpoġġi tbissima?
Fost ir-ripertorju twil tiegħu ta’ kanzunetti ferriħin u fuq tagħhom, hemm waħda li nieda sitt snin ilu. Kanzunetta bl-isem Irridek Tgħix, li tgħaddi l-messaġġ ta’ kuraġġ u tama lil dawk li jkunu għaddejjin minn sfida fis-saħħa mentali tagħhom.
Joe xerred din il-kanzunetta lbieraħ u kiteb, “Dedika għal dawk kollha li qed ibatu minn mard mentali.” Bla dubju kien hemm bosta reazzjonijiet mis-segwaċi tiegħu.
Prosit lil Joe u t-tim kollu. Isimgħu hawn taħt x’messaġġ qawwi qed twassal:
Facebook/ Joe Demicoli