Bil-Filmat: Din L-Omm Tbigħ Id-Dar Tagħha Għax Binha Ma Jistax Jieħu Loan!

Kull omm tgħix ħajjitha għat-tfal tagħha, omm Jacob hi xempju ta’ omm mill-aqwa li għamlet minn kollox biex tara lil binha kuntent. Intervistata fuq il-programm ‘Popolin’ ta’ Quinton Scerri, omm Jacob stqarret fuq il-problema li kellu jaffaċċja Jacob.





Għal min jafx Jacob kellu marda rari, u jiġi kkunsidrat bħala ‘High Risk’. Ix-xewqa ta’ Jacob kienet li jmur jgħix għar-rasu b’mod indipendenti, ommu Sarah qaltlu biex jara ħabba loan, iżda l-banek qalulha li ma jistax minħabba l-kundizzjoni tiegħu. “Ma ħadtiex kontra l-banek jew tal-insurance għax nifhem sa ċertu punt. Imma dawn jaraw black & white! Hemm ħafna nies li jridu jgħixu aħjar u ma jistgħux,” tgħid din l-omm.

Sarah xejn ma jaqtala’ qalbha u ddeċidiet li tbigħ id-dar tagħha stess, u sabet post fuq il-pjan. Jacob jista’ jgħix f’post tiegħu, taħt ommu. “Jacob ser ikollu post tiegħu, il-piż kollu fuqna iżda ma ngergirx. Jien l-aqwa li t-tifel ser ikun kuntent,” tgħid Sarah. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI