Joseph Chetcuti kien mistieden waqt il-programm Ta’ Kuljum, fejn qasam fost l-oħrajn storja li ltaqa’ magħha l-Kenja. Ġuvnott, li tilef lill-ġenituri u lil ħuh, u spiċċa kellu jfendi għal rasu biex jaqla’ xi ħaġa tal-flus.
Il-ħolma tiegħu kienet li jistudja u jsir għalliem, iżda ma kellux biżżejjed finanzi b’hiex. Hu kien joqgħod man-nanna tiegħu, u Joseph ra kif għamel u għex magħhom.
“Niftakarni nqum filgħodu… qed inżommu jdejna hekk, u n-nanna tiegħu tħares ‘il fuq u titkellem bil-Kenjan… staqsejtha, ‘X’inhi tgħid sister?’ Qaltli, ‘Qed tgħid Grazzi lill-Mulej talli ġie dan magħna u qasam il-lejl magħna.'”
Joseph jgħid li hekk kif kien ħiereġ, tħasseb, u qal li jekk ħa jitlaq, il-ġuvnott ħa jispiċċa jgħix l-istess ħajja ta’ tbatija. “Dort u għidtlu, ‘int ġimgħa oħra ħa tmur l-Università għax ser inħallsulek kollox.’ Dan it-tifel beda jibki mingħajr ma jibki… dak il-ħin ħassni tiela’ l-Ġenna.”
Segwu aktar hawn taħt. Joseph ser jirritorna bil-programm Arani Issa minn Ottubru li ġej fuq ONE.