MIriam Dalli kienet il-mistiedna tal-programm li sar il-Ġimgħa fuq Xarabank. Miriam f’kull intervista issemmi lil Nirvana u tgħid kemm kienet persuna għażiża għaliha. Tgħid li ltaqgħu fi programm li Nirvana kienet tippreżenta ma’ Gianni. Dak iż-żmien Miriam Dalli kienet għadha tibda fuq ix-xandir.
Nirvana ħallietna 7 snin ilu, Miriam issemmi episodju ħelu meta kienet tqila bit-tifel tagħha Jack. “Għadha stampa ċara quddiemi, qiegħda fis-sodda lanqas tista’ tiċċaqlaq imma riedet terfa’ lil ibni Jack. Għalija kienet mara speċjali” tgħid Miriam.
Għadha sal-lum il-ġurnata f’kuntatt ma’ missier Nirvana, Joe, “…Għax naf kemm hi diffiċli għaliehom”.
Nirvana tibqa’ f’qalb il-Maltin!
Lovin Malta / Xarabank / Facebook