Bil-Filmat: "Għandi Soft Spot Tant Hi Kbira… Li Qisu Neħel" – Jamie Cardona Lil Antonella Vassallo

Kmieni llum waqt il-programm Għaddi S'Hawn, Antonella Vassallo għamlet ċajta lil Jamie Cardona, fuq il-fatt li qal li għandu soft spot għaliha. Antonella tgħidlu li ma tantx ħadet gost b'dak li ntqal pubblikament fuq it-televiżjoni, tant li żżid li għandha għarus u dan xejn ma ħa gost bil-kliem li mar jgħid Jamie.

Jamie jistqarr li donnu jeħel quddiemha u b'hekk qatt ma qallha xejn meta kienu wiċċ imbwiċċ flimkien. Antonella tibqa' tgħidlu li tixtiequ li jitlob skuża ta' dak li qal u darb'oħra jekk ried jgħid li kellu soft spot għaliha seta' qallha fil-privat jew bagħtilha xi kartolina jew xi bukkett fjuri.



Hi tgħidlu biex iżurha fuq il-programm. Segwu l-programm sħiħ billi tidħlu HAWN.

TVM / Għaddi S'Hawn

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI