Bil-Filmat: "Ġie L-Qassis U Qalli Int Fejn Taħseb Illi Ġejt" – Eileen Micallef Tagħmel Quddiesa Sħiħa…

L-attriċi lokali Eileen Micallef, riċentament kienet il-mistiedna speċjali ta’ Owen Bonnici fuq il-programm Prime Time. Eileen barra li hija attriċi mill-aqwa, hija pjanista brava mmens u tgħallem il-pjanu. Barra minn hekk, akkumpanjat diversi kantanti lokali. Hi tirrakkonta praspura li ġratilha darba meta kienet flimkien ma’ Renato.

Eileen tgħid li daħlet fil-knisja ta’ Bormla fl-għeqqel tas-sajf u bdew jippreparaw għall-quddies meta ġie patri u staqsieha, “Fejn taħseb li ġejt?” Hi tistqarr li kienet libsa flok bil-kmiem, jiġifieri ma kinitx imqaċċta… iżda kif lill-qassis qaltlu li m’għandhiex xi tbiddel, dan malajr sab is-soluzzjoni… għax daħal ġewwa u qabad biċċa drap li kien hemm fuq il-bambin.

Hi tistqarr li Renato aqta’ kemm għadda botti dakinhar u daħku daħka wkoll għalkemm tistqarr li hi bdiet tħoss ħafna u ħafna sħana. Arawha tirrakkonta hawn taħt…







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI