Bil-Filmat: "Ikun Hemm Ċertu Dlam F'Ħajtek… Tibda Tixtieq Li Diġà Ġie Bil-Lejl" – Ira Losco Dwar Esperjenza Personali

Waqt il-programm Awla t’għada ser nisimgħu lill-kantanta lokali Ira Losco tirrakkonta esperjenza personali li tgħaddi minnha f’ċerti ġranet. Ira ssemmi mumenti partikolari ta’ filgħodu, fejn kultant tibda tixtieq li reġa’ wasal il-ħin ta’ bil-lejl.

Ira ssemmi kif, “Kien hemm ġranet fejn kont inqum u nibda nixtieq li qed nagħmel is-sodda biex nidħol ġo fiha mill-ewwel. Qisu tqum filgħodu tibda tixtieq li diġà ġie bil-lejl.”

Is-suġġett li ħa jiġi diskuss huwa s-saħħa mentali. Idħol HAWN biex aktar fil-filmat. Titilfuhx, Awla għada fit-8:30pm fuq ONE.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI