Robert Abela huwa t-tmien Prim Ministru mill-Indipendenza ‘l hawn.
Robert Abela wasal fil-palazz fejn se jieħu l-ġurament bħala Prim Ministru, wara r-rebħa elettorali kbira tal-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali nhar is-Sibt ta’ 26 ta’ Marzu.
Folla kbira ta’ nies laqgħetu fil-Belt Valletta b’applaws u ċelebrazzjonijiet kbar! Hu ġie akkumpanjat minn martu Lydia u t-tifla tagħhom Giorgia Mae. Il-President George Vella amministra l-ġurament tal-ħatra.
Segwu l-filmat LIVE hawn taħt.
Facebook / Robert Abela