Bil-Filmat: “Irrid Nibgħat Messaġġ Lid-dinja Għax Aħna Qed Inkisruha” – Mario Morales Fuq MGT

L-aħħar kantant għal-lejla m’għandu bżonn ebda introduzzjoni! Mario Morales jerġa jagħmilha! Mario din id-darba bħala kantant mhux bejjiegħ, ngħiduha kif inhi, tixraqlu wkoll! “What a Wonderful World” kienet il-kanzunetta magħżula minn Mario. Iżda dan jidher li ma tantx għoġob lil Howard hekk kif għażel li jafgħas ir-red buzzer.

Mario b’din il-kanzunetta ried iwassal messaġġ favur id-dinja!

Howard qal, “Is-silta kienet tajba, narak bniedem kariżmetiku imma is-serjeta ma tantx ħadmet mal-karattru tiegħek. Nemmen li din ma rnexxilekx tbiegħha”

Maxine qalet, “Ma tantx għoġbitni, u ma narax li din għandha tkun fil-finali”

Sarah qalet, “dejjem iġġib tbissima fuq kulħadd”

u Ray qal, “Karattru simpatiku bħal dejjem! L-għażla tal-kanzunetta kienet differenti”

Nawguraw lil Mario Morales!





Ibgħat SMS vojt fuq 50614408 għal Mario Morales. Tista’ tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI