Malta Ranger Unit ħabbru li s-Serp tar-razza Cat Snake, issa rkupra u bis-saħħa tat-tim jinsab meħlus.
Ilbieraħ filgħaxija it-tim Malta Ranger Unit ħeles lis-serp Jafaar, lura fl-abitat tiegħu. Hu kien instab ferut f’nofs it-triq, u issa reġa’ jinsab fl-abitat naturali tiegħu.
“Grazzi lil Wildlife Rescue Team Malta talli jieħdu ħsieb l-annimali selvaġġi ta’ pajjiżna meta jkun fil-bżonn. Grazzi kbira wkoll lil Nick u Ellie Dobbs għar-riċerka mill-aqwa dwar is-sriep f’Malta.”
Huma jfakkru li s-sriep kollha f’Malta huma protetti skont il-liġi, SL 549.44.