Bil-Filmat: It-Tbissima Ta’ Kate Tgħid Kollox – Ħerqana Biex Tqatta’ Ġurnata Mal-Ħbieb Tagħha Tal-Iscouts

Kate, li ħafna jsegwu l-vjaġġ tagħha permezz tal-paġna Kate: Writing My Story, qasmet mument mill-isbaħ qabel ma telqet għal attività ta’ camping mal-iScouts Beavers.

Fil-filmat li qasmet, Kate tidher mimlija entużjażmu u bi tbissima li turi kemm kienet qed tistenna bil-ħerqa biex tasal għall-attività, tiltaqa’ mal-leaders tagħha u terġa’ tara lil sħabha.

"Il-mument li nkun naf li wasal il-ħin tal-Iscouts, it-tbissima tiegħi tgħid kollox," Kate tistqarr fil-messaġġ tagħha. Hija tiddeskrivi l-iscouts bħala post li tħobb ħafna, fejn tista’ tieħu gost, tqatta’ ħin ma’ sħabha u tgawdi kull mument.

Esperjenzi bħal dawn joħolqu memorji sbieħ u jagħtu lit-tfal opportunità biex jissoċjalizzaw, jieħdu sehem f’attivitajiet differenti u jħossuhom parti minn komunità.

Mit-tbissima tagħha jidher ċar kemm Kate kienet ħerqana biex tasal u tgawdi ġurnata oħra mal-ħbieb tagħha tal-iScouts. Nittamaw li ħadet gost immens!

Ritratti:

Facebook / Kate: Writing My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI