Fid-dinja diġitali tal-lum, it-tfal qed jibdew jużaw l-internet minn età żgħira ħafna. Għalhekk, huwa importanti li nifhmu kif nistgħu ngħallmuhom jagħmlu dan b’mod sikur. Fil-filmat li tella’ minn GO, numru ta’ tfal jirrispondu ċertu mistoqsijiet dwar affarijiet relatati mas-sikurezza. Kliem relatat ma’ modi kif jipproteġu lilhom infushom online, u waqt li l-kummenti tagħhom jistgħu jidhru ħelwin, ir-realtà hija li l-internet jista’ jkun perikoluż.
Għalhekk, il-ġenituri u l-edukaturi, għandhom jassiguraw li t-tfal jkollhom l-għodda u l-għarfien meħtieġ biex jużaw l-internet b’mod sigur. Dan jinkludi li jgħallmuhom fuq passwords siguri, li ma jaqsmux informazzjoni personali, u li jkunu attenti għal nies li ma jafux online. Fl-aħħar mill-aħħar, l-edukazzjoni dwar is-sigurtà online għandha tkun prijorità għal kulħadd. B’ħidma flimkien, nistgħu niżguraw li t-tfal tagħna jgawdu l-internet mingħajr riskji bla bżonn!
Inżommu f’moħħna li l-internet mhux dejjem innoċenti. Is-sigurtà online hija ħaġa serja, u aħna għandna ngħinuhom jinnavigawha b’mod sigur!