Bil-Filmat: JD Jesprimi D-Diżapunt Tiegħu Fuq KIf Kellu Jqatta' Jum Il-MIssier!

Il-Preżentatur ta’ Vibe FM, jidher li ser jibqa’ jiftakar it-tieni Jum Il-Missier. Spiċċa biex dalgħodu waqt xandira diretta tal-The Morning Vibe, fetaħ qalbu mas-semmiegħa.





Għal Jum il-Missier, JD Patrick ma pjanawlu xejn, għax hekk ried “Għedtilha tagħtiniex rigali, lanqas bews, jien irrid ġurnata relax”. Wara li ħafna qalilha biex iżuru l-Aquarium, għax hekk xtaq u għamlu ġurnata qabel. 

Il-problema ġrat ilbieraħ, bil-Ħadd il-mara ta’ JD iddeċidiet li tagħmel tea party u ġġib il-familja tagħhom. “Huma fil-pool jgħumu, jidħqu u …d-dadda jsajjar!”. Jidher li xejn ma kien kuntent bit-tea party JD! “Il-Missier li sippost qed igawdi għax il-ġurnata tiegħu, qiegħed ġewwa jsajjar il-pastizzi! .. Sippost jien bilqiegħda fuq is-sufan nara Becky” qal JD.

Steph, darboħra ħu ħsieb li s-sena d-dieħla jkun relax aktar! Għax tbaqbaq ħafna dalgħodu! … Inħobbuk ħafna JD awguri!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI