Ilbieraħ tressqu numru ta’ akkużati l-qorti tard filgħaxija, iżda x-xena li ħafna nies spiċċaw jikkummentaw fuqha kienet dik ta’ vann partikolari li jista’ jagħti l-każ li kien qed iġorru wieħed minn dawn l-akkużati li xħin ġie biex idur mit-triq id-dejqa spiċċa sabiex ġibed ġenb sħiħ.
Il-filmat illum ilu jdur fuq il-mezzi soċjali tul il-jum juri dan il-vann li xħin ġie biex idur, jidher li x-xufier ikkalkulha ħażin u spiċċa biex ġibed ġenb sħiħ. Fuq it-televiżjoni nstema’ ħoss qawwi u pulizija mar jiċċekkja eżatt x’ġara. Il-vann irnexxielu jinqala’ minn postu u saq fid-direzzjoni li kien sejjer fiha.
Facebook / Sean Sammut