Il-preżentatur Jon Mallia attenda produzzjoni li qed tittella’ bħalissa fit-Teatru Manoel, fejn fl-aħħar jiem jidher li diġà ħalliet impatt qawwi. Anke fuq Jon!
Tant affettwatu din il-produzzjoni li f’messaġġ li wassal permezz ta’ filmat esklussiv, Jon jirrakkonta b’emozzjoni sinċiera. Jistqarr li dak li ħalla warajh il-leġġendarju Oliver Friġġieri hu xi ħaġa li għadu jidwi f’widnejna sal-lum. L-isfortuna hi li ħadem tant biex iwassal il-messaġġ tiegħu, u minn din il-produzzjoni Jon induna li ma tantx sar progress u ma nbidel xejn għall-aħjar.
“Vera qed insibha diffiċli ma nibkix, għax qabditni xeba dwejjaq.” Dan kien kliem Jon fil-bidu tal-filmat.
Il-produzzjoni O bħalissa qed tittella’ fit-Teatru Manoel, u l-paġna uffiċjali ħabbret li fadal l-aħħar tliet spettakli, hekk kif s’issa saru erba’. Fadal l-aħħar ftit biljetti. Biex tirriserva tiegħek tista’ tidħol HAWN jew fuq il-post t’hawn taħt.