Il-kantanta lokali li kisbet il-fama f’pajjiżna grazzi għal X Factor Malta fejn spiċċat fit-tieni post tat-tieni staġun wara Destiny. Illum jum speċjali ferm għal Justine, dan għaliex il-kantanta żagħżugħa tagħlaq 17-il sena.
Dalgħodu, il-familja ta’ Justine bakkru kmieni sabiex jagħtu sorpriża mill-aqwa. Kif tistgħu taraw fil-filmat, Justine sabet kaxxa tistennieha. Kif fetħet din il-kaxxa, sabet numru ta’ ritratti tagħha mill-avventura tal-X Factor u fin-nofs rigal li verament xtaqet.
Fuq il-midja soċjali tagħha, Justine qasmet dan ir-rigal mas-segwaċi tagħha u ftit wara xeħtet ukoll post fejn qalet kemm hi xxurtjata li għandha nies li jħobbuha daqshekk u dejjem jaraw kif ħa jagħmluha kuntenta.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Justine l-isbaħ xewqat f’ħajjitha. Nawgurawlha li tgawdu dan il-jum mill-aqwa u nittamaw li s-sena li ġejja tkun mimlija suċċessi għal din it-tfajla. Awguri mill-qalb.