Bil-Filmat: "Kollha Ħa Nkunu Qed Inġorru N-Numru Tiegħu" – L-Ewwel Maratona Mingħajr Frankie Fid-Dar Tal-Providenza

Fuq il-paġna tad-Dar Tal-Providenza tfakkar Frankie Bonello li sfortunatament miet aktar kmieni din is-sena.

Il-plejers u t-tim tad-Dar Tal-Providenza isemmu dwar kemm Frankie kien parti importanti mill-maratoni tal-volleyball, u ser ikunu qed ifakkruh fil-maratona ta’ din is-sena, avolja mingħajru.

“Din l-ewwel darba li qed nagħmlu l-maratona mingħajr Frankie Sfortunatament… Bħala plejers, kollha ħa nkunu qed inġorru n-numru tiegħu,” jgħid żewġ plejers tal-maratona. Fuq il-flokkijiet tagħhom ilkoll se jkollhom in-numru 1, li kien ikollu Frankie.

Il-BOV Volleyball Marathon b’risq Id-Dar tal-Providenza ser isir bejn id-18 u l-20 ta’ Lulju. Ser tattendu?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI