Bil-Filmat: “Kont Ilni Żmien Inħoss Xi Ħaġa Stramba” – It-TikToker Luke Jitkellem Fuq Il-Kanċer Tat-Testikoli

It-Tiktoker popolar Malti, Luke Lyttleton tkellem ma’ Fredrick Zammit minn Newsbook fuq meta skopra li kellu kanċer fit-testikoli. Dan ix-xahar hu ddedikat għall-għarfien fuq dan is-suġġett. Luke jirrakonta kif kienet skopra li kellu kanċer 6 xhur biss wara d-data tat-tieġ. Kien proprju 8 ta’ Jannar, f’għeluq snin martu meta nduna bil-kanċer.





Luke jgħid li kien ilu iħoss xi ħaġa stramba, “Kont ilni żmien inħoss xi ħaġa stramba, kont skomdu nkellem lil xi ħadd, partijiet privati taf kif ikunu!”. Minħabba li dam ma mar biex jiċċekja l-kanċer ta’ Luke jikber, “Domt ftit sakemm għedt ħa mmur niċċekja, iebsa daqs ġebla kienet. Niftakar kont staqsejt lil mara u qaltli aħjar niċċekja”.

L-aktar ħaġa kiefra għal-Luke kien il-ħsieb li ma kienx jista’ jkollu t-tfal, jgħid li għal bidu kien xokk kbir. “Għedt ħa nkun b’saħħti, imma wara ftit ikollok breakdown u ta’ 30 sena ma tistenniex”. Luke jappella biex aktar rġiel imorru jittestjaw, “Qatt ma tgħid nista’ nkun jien, din tista’ tiġri lil kulħadd!”.

Luke illum b’saħħtu u għandu żewġt itfal! Proset lil Luke talli qasam din l-esperjenza li qed tagħmel tant ġid! Wieħed jista’ jaqra l-artiklu oriġinali li deher fuq Newsbook billi jidħol HAWN!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI