Bil-Filmat: “Kont Niżen 170kg… Issa B’Saħħti U Kuntenta” – Celine Agius Tibdel Ħajjitha

Il-kantanta ta’ X Factor Celine Agius tellgħat filmat fuq il-midja soċjali fejn tkellmet dwar il-ġrajja tagħha tad-dieta u l-eżerċizzju li kellha tibda minħabba problemi tas-saħħa. 

“Jeħtieġ sforz, sagrifiċċju u ħafna xogħol iebes,” qalet hi. “Trid il-konsistenza, allura xita jew ximx trid toħroġ u timxi. Tibda bis-sagrifiċċju imma mbagħad eventwalment tiġi aħjar u ssir parti mill-lifestyle tiegħek.”

“Kont addict għall-ikel għal ħafna minn ħajti u din kienet l-akbar qabża li qatt ħadt għall-ġid tiegħi innifsi. Qatt ma kont iktar b’saħħti u kuntenta.”





Iżda b’mod kuraġġuż lil ħaddieħor, hi qalet: “Jekk jien nista’ nagħmilha, int tista’ tagħmilha wkoll. Mhux se niddejjaq ngħid dan – jien kont niżen 170kg. Kienet bidla kbira imma diġà qed nara l-benefiċċji tagħha.”

Awguri mill-qalb Celine u taqtax qalbek! Aħna warajk. 

Facebook/Cel Ag



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI