F’dawn il-jiem, studenti f’pajjiżna se jibdew sena skolastika ġdida li magħha ġġib entużjażmu u eċitament.
Nagħmlu appell ġenwin lil kull sewwieq fit-toroq tagħna sabiex fil jiem li ġejjin nikkoperaw ma’ l-uffiċjali tat traffiku tagħna sabiex l-ewwel ftit sigħat ta’ filgħodu nkunu aktar kawti u attenti fis-sewqan, fejn nistgħu nagħtu prijorità lit-trasport ta’ l-iskejjel u jekk u fejn ikun possibbli nużaw it-toroq tagħna wara l-ħin ta’ l-iskejjel għal ġid u r-rispett lejn kulħadd Trasport Malta konxja minn dan.
Qed naħdmu kontinwament biex din is-sitwazzjoni fit toroq tagħna tittaffa kemm jista jkun biex innaqsu dan l-inkonvenjent kemm jista’ jkun malajr. Impenjati u kommessi li naħdmu sabiex nimxu ‘l quddiem għal għal soluzzjonijiet u fil ġimgħat li ġejjin ser nitlob ukoll il-pariri tagħkom biex naslu aktar malajr.
Is-servizz tagħna ser ikun b’impenn serju lejn kull ċittadin ta’ dan il-pajjiż.