Kienet ilha ġejja, ħafna bdew isemmuha u fl-aħħar waslet! L-ewwel maltempata! Mhux li għamel xi dulluvju xita imma l-beraq u r-ragħad iddomina sew ilbieraħ flgħaxija. Dawk li jħobbu jaraw il-maltemp żgur li kellhom xalata.
Għalkemm l-ispettaklu tan-natura beda tard billejl kien hemm ftit nies mhux ħażin li apprezzaw dan u kien hemm oħrajn li saħansitra ġibdu xi filmati wkoll biex igawduhom dawk li kien reqdin ukoll!
Minn postijiet different minn madwar Malta u Għawdex wieħed seta' jara s-sema mixgħul. Kultant spettaklu bħal dan jagħti lok għal tant u tant filmati u ritratti sbieħ, kif tistgħu taraw hawnhekk.
Jekk iltqajt ma' xi filmat interessanti tal-ewwel maltempata nieħdu gost li taqsmu magħna fil-kummenti. Ħalli jgawduh ukoll il-qarrejja ta' dan is-sit!
Facebook / Steve Cutajar