F’wieħed mill-programmi “Primetime” ta’ din il-ġimgħa, kien hemm mistieden l-attriċi Frida Cauchi. Sirna nafu li proprjament hi jisimha Alfrida għax hekk għandha mniżżel fuq il-karta tal-identità.
Fil-programm il-preżentatur tal-programm, Owen Bonnici semma’ diversi kanzunetti ta’ nostalġija li fakkru lil Frida f’memorji sbieħ li kellha fil-karriera tagħha. Fost dawn beda bis-sigla popolari ta’ ‘Ipokriti’. Frida fuq dan qalet li qabel l-ewwel epsiodju ftit kienu n-nies li kienu jafuha, forsi dawk tat-teatru, imma meta xxandar l-ewwel episodju kulħadd beda jwaqqafha. “Kien mument fejn kienu jafuni ftit nies. L-għada saret tafni Malta kollha”.
Frida tgħid ukoll li l-qassisin b’mod indirett kienu jgħidu biex joqgħodu attenti u ma jagħmlux bhal ma qed jintwera fuq it-televiżjoni. Kien l-ewwel soap opera Maltija u l-ewwel drama li kienu jitkellmu b’mod appert. Din id-drama kienet ġiet repetuta s-sena l-oħra u bosta kienu dawk li ħadu pjaċir jaraw l-episodji nostaġiċi.
Segwi l-intervista hawn: