Paw Walk – l-avveniment li xtaq Jake Vella matul l-aħħar snin, fejn bih esprima l-imħabba tiegħu lejn l-annimali u l-appoġġ li ried dejjem jurihom.
Minn meta ħalla din id-dinja Jake, Paw Walk baqgħet issir, u llum nistgħu naraw il-parteċipazzjoni mill-isbaħ li għal darb’oħra kien hemm.
Preżenti kien hemm fost l-oħrajn il-Ministru ghall-kultura, artijiet u gvern lokali, Owen Bonnici, Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Borg Said, attivisti li jħobbu tant l-annimali, kif ukoll bla dubju, il-ġenituri ta’ Jake.
Prosit kbira minn qalbna! Inħobbuk Jake!
Facebook/ Josie Vella