Grace Ellul hija waħda mill-infermieri fl-isptar Karin Grech. Ilha taħdem f’dan il-qasam għal madwar 35 sena u qatt ma taf li affaċjat problema bħal pandemija li għaddejin minnha. Grace dan ix-xogħol tarah bħala vokazzjoni u kull pazzjent tara fihom l-ommha u l-missierha.
“Dan ix-xogħol ma nibdlu ma’ xejn, parti minn ħajti u mingħajru ma noqgħodx. Niftakar lil ommi tgħidli fil-marid ara l-ommok u l-missierek u din inżommha ġo moħħi kuljum” tgħid Grace waqt Sibtek.
Grace fakkret ukoll lir-raġel tagħha, il-mibki Mario Ellul. Kien attur u artist mill-aqwa li dejjem għadda valuri sbieħ fil-familja tiegħu. Mario ilu li ħalliena 16-il sena u Grace tgħid li għandha, “…Memorji sbieħ ħafna!”.
Fuq Sibtek, Grace tagħlaq b’messaġġ u tħeġġeġ lill-Maltin kollha. “Ejja nkunu responsabbli u nibgħżu għal ta’ madwarna. Aħna rridu nkunu, speċjalment meta nżuru l-morda u n-nies vulnerabbli, noqgħodu attenti u nibżgħu għal xulxin”. Kliem tad-deheb minn din l-infermiera daqshekk iddedikata!
Proset Grace!