Bil-Filmat: "Le, Dak Tiegħi" – Fuq Kellymni Ray Attard Jirrakkonta X'Ġara Xħin Waslu Biex Jiżżewġu Hu U Diane!

Ray Attard, l-attur li rajnieh jilbes diversi kpiepel tul is-snin f’karattri differenti, iżda l-iktar karattru li jibqa’ magħruf għalih huwa dak tas-Sur Scriha fuq Klassi Għalina. Hu jitkellem dwar il-popolarità ta’ dan il-karattru mal-poplu Malti.

Fuq il-podcast Ray jitkellem dwar it-telfa għażiża ta’ ommu u kif iħoss li kien għaġġel xi ftit biex jiżżewweġ minħabba li xtaq li ommu tattendi t-tieġ. Il-piż tal-ġlieda tal-marda t’ommu spiċċa jerfgħu mal-għażiż missieru għax ħutu kien għadhom żgħar.

Ray jitkellem ukoll dwar il-fatt li hu dejjem qisu jidħol fl-irwol tal-missier u qisu jieħu ħsieb lil dawk ta’ madwaru. Xi ħaġa li tiġi naturali għalih. Barra minn hekk, hu jitkellem dwar il-farsa li għamel lil Diane fit-tieġ tagħhom.

F’dan il-podcast se ssiru tafu lil Ray Attard aktar mill-viċin u se tiskopru aktar dwar ħajtu, u kif nibtet il-passjoni lejn il-palk. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta’ Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida.mt bi preżentazzjoni ta’ Melanie Kelly, għada it-Tnejn 14 ta’ Lulju, mit-20:00 ‘l quddiem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI