Bil-Filmat: “Ma Rridx Naqta’ Qalbi Imma Kuljum Qed Tiġi Diffiċli” – Karl B’Kundizzjoni Li Ma Tħallihx Jorqod!

Fil-bidu tas-sena 2020, Karl Mercieca jibda jippublika filmati fuq l-istorja tiegħu. Karl ibati minn kundizzjoni li għadu s’issa ma jaf x’inhi, imma li jaf hu li ma jkunx jista’ jorqod! Prova minn kollox u bħalissa qed jieħu ħafna mediċina biex jirqod 4 sigħat biss. Din il-problema nibtet fil-bidu ta’ Awissu tal-2019 meta ma setax jorqod għal 4 tijiem sħaħ.





Karl jixtieq li jkollu tweġiba ta’ għaliex qed jiġrilu hekk. “Ma nistax inkompli sejjer hekk. L-unika ħaġa li qed iżżomni norqod huma dawn il-mediċini” jgħid Karl fil-filmat li ġieli lanqas biss ikollhom effett. Meta prova inaqqas ftit mid-dożi li qed jieħu, Karl ma jorqodx. Din il-kundizzjoni affetwatlu ħajtu, beditu mill-ħbieb u bnietlu barriera fuq il-futur tiegħu. LIema kundizzjoni, Karl jemmen li qed tiggrava maż-żmien. Karl jistqarr li hu kien bniedem normali u jinkwieta bhal kull persuna oħra iżda qatt ma kien ibati minn ansjetà.

“Ma rridx naqta’ qalbi! Imma qed tiġi diffiċli kuljum!” jgħid Karl. Dan jispera li ftit jiem oħra jkun jista’ jsiefer mingħajr problemi u jiltaqa’ ma’ tabib li hu speċjalist fl-irqad.

Dakinhar tal-filmat, Karl qal li qed jieħu l-massimu ta’ dawn id-dożi; 

  • 20mg olanzapine (zyprexa)
  • 1000mg Quetiapine (200mg aktar mill-massimu)
  • 2mg Clonazepam (massimu) u
  • 100mg clomipramine (massimu)

Dan sabiex ikollu 3 sigħat ta’ rqad ħafif li ta’ spiss jiġi interrot. 

“Jekk nibqa’ sejjer hekk, nidħol f’riskju kbir! Ma nistax nieħu dik l-ammont ta’ mediċina kuljum” jistqarr Karl filwaqt li jgħid li dawn il-mediċini qed jaffetwawlu r-rata tal-qalb li dak il-ħin li ġibed il-filmat kienet 120bps. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI