Bil-Filmat: "Ma Tafx X'Jista' Jiġrilek Sena Oħra… Għidt La Għandi Ċ-Ċans Dis-Sena Napplika" – Francesco

Ilbieraħ kien il-bidu tar-raba’ staġun ta’ X Factor Malta, fejn diġà kellna ċ-ċans li naraw ħafna talent, b’uħud li forsi spikka aktar. Fost il-kantanti li serqu l-qlub ilbieraħ kien hemm Francesco.  

Francesco huwa kantant Għawdxi ta’ 18-il sena, li lbieraħ qasam anke diversi affarijiet dwar ħajtu. Francesco l-hena tiegħu jgħin, speċjalment permezz tal-missjoni. Fl-intervista jgħid li għadu kemm ġej minn esperjenza fil-missjoni, ftit qabel l-awdizzjoni.

Il-kantant Għawdxi jsemmi wkoll lil sieħbu li mhu ħa jinsa qatt, speċjalment il-karattru mill-isbaħ tiegħu. Sfortunatament kien tilef il-battalja tiegħu kontra l-kanċer. Francesco tgħallem japprezza l-ħajja u jaħtaf kull mument, mingħajr ma jistenna s’għada.

“Tgħallimt li ma tafx meta għandek il-finish line fil-ħajja. Allura għidt dan huwa ċ-ċans, ma tafx x’jista’ jiġrilek sena oħra; xogħol, skola. Għidt la għandi ċ-ċans dis-sena napplika.”

U hawn hu Francesco ta wirja mill-isbaħ waqt l-awdizzjoni tiegħu ta’ X Factor Malta. Awdizzjoni li niżlet tajjeb mal-ġurija, u minkejja tawh xi pariri dwar xi fatturi, tista’ tgħid li serqilhom qalbhom.  







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI