Bil-Filmat: Michela Tkanta Chameleon Kif Qatt Ma Smajtuha Qabel

Jekk għandkom kurżità kif tinstema’ Chameleon mal-banda, malajr ħa taqtgħu l-kurżità. Ilbieraħ ġewwa Ħal Qormi sar kunċert bħala parti mill-attivitajiet tal-festa ta’ San Bastjan. Bħala parti mill-kunċert kien hemm mistiedna Michela u għall-ewwel darba smajna Chameleon, kif qatt ma smajnieha qabel!

Is-Soċjetà Filarmonika Pinto – Banda San Sebastjan taħt it-tmexxija ta’ Mro Dominic Darmanin ilbieraħ akkumpanjat lil Michela waqt li kantat Chameleon! Kont timmaġina din il-kanzunetta flimkien mal-banda? Ikolli nistqarr li jien qatt ma ħlomta! Barra Chameleon Michela kantant ukoll il-kanzunetta klassika Inti Djamant, li niftakruha biha fil-finali ta’ X Factor Malta.

L-attenzjoni marret direttatment fuq il-kanzunetta li ġidbet l-attenzjoni ta’ miljuni sħaħ għax ħadd qatt ma immaġina li Chameleon ħa tindaqq mal-banda! Imma kif tistgħu taraw fil-filmat, il-kanzunetta ħarġet vera faqa b’arranġament kompletament differenti u jidher li dawk preżenti ħadu gost b’dak li semgħu wkolll!

Dan hu każ ċar ta’ kif il-modern jitħallat mat-tradizzjonali u forsi grazzi għal kanzunetti hekk, inressqu aktar u aktar żagħżagħ u tfal lejn il-baned lokali! Għidilna x’deherlek minn din il-verżjoni ta’ Chameleon.

Facebook / Michela 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI