Fuq F Living Show, l-aktar programm segwit wara nofsinhar skont l-awtorità tax-xandir, kienet mistiedna l-attriċi maħbuba Josette Ciappara, li bħalma tagħmel kemm-il darba tgħaddi parir siewi u li fih ħafna x’tomgħod.
Josette fost l-affarijiet li titkellem dwarhom, issemmi l-importanza li persuna għandha tħobb lilha nnifisha u mhux lil ta’ madwarha biss. Persuna għandha tkun taf x’inhu l-valur tagħha, u tħaddan id-dinjità tagħha.
Tispjega dwar mumenti fejn għandna ngħidu “le” jekk hemm bżonn, għax ma fiha xejn ħażin li tagħti kas tiegħek innifsek ukoll, u mhux ta’ ħaddieħor biss.
“Mhux dejjem kif irid ħaddieħor… tajjeb li tgħin, tajjeb li tagħti sapport, ħaġa sabiħa ħafna, imma mhux tajjeb li tittieħed tant foregranted li dik d-darba li se tgħid ‘le’, ma jerġgħux ikellmuk, jew iħarsu lejk bl-ikrah.”
Iġġib eżempju ta’ jekk persuna hi omm, nanna, u għandha t-tfal u n-neputijiet, għandu jkollha l-ħin tagħha, li tutilizzah kif tixtieq.
“Fejn se taqtagħha l-linja? Sib int il-mument u iddikjaraha, isma jien dakinhar tqisunix, għax dakinhar minn dak il-ħin sa dak il-ħin, huwa l-ħin tiegħi,” tgħid Josette.
Bravissima wisq din il-mara! Segwi l-intervista sħiħa HAWN jew fil-filmat t’hawn taħt.
Youtube/ F Living